9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/20
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Estonja
(Kawża C-408/10)
2010/C 274/32
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u E. Randevere)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Estonja ma kkomunikatx il-miżuri neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/13/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 84/539/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar tagħmir elettro-mediku użat fil-mediċina veterinarja.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali interna skada fil-31 ta’ Diċembru 2008.
(1) ĠU L 76, p. 41.
Full & Egal Universal Law Academy