9.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Awwissu 2010 — Haptzollamt Hamburg-Hafen vs Afasia Knits Deutschland GmbH
(Kawża C-409/10)
2010/C 274/33
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Haptzollamt Hamburg-Hafen
Konvenuta: Afasia Knits Deutschland GmbH
Domandi preliminari
(1)
Huwa kompatibbli mal-Artikolu 32 tal-Protokoll 1 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinanti” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva tal-Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra (1), li l-Kummissjoni Ewropea essenzjalment tinkariga ruħha, anki jekk bis-sostenn tal-awtoritajiet lokali, li twettaq il-kontroll a posteriori tal-provi tal-oriġini li ngħataw fil-pajjiż ta’ esportazzjoni u jikkostitwixxi riżultat ta’ kontroll, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, jekk ir-riżultati ta’ kontroll tal-Kummissjoni hekk miksuba huma rreġistrati fi protokoll iffirmat ukoll minn rappreżentant tal-gvern tal-pajjiż tal-esportazzjoni?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
Fil-każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn iċ-ċertifikati preferenzjali maħruġa mill-pajjiż tal-esportazzjoni matul ċertu perijodu ġew annullati peress li l-oriġini tal-merkanzija ma setgħetx tiġi kkonfermata wara kontroll a posteriori anki jekk madankollu ma jistax jiġi eskluż li ċerta merkanzija esportata tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-oriġini, il-persuna taxxabbli tista’, abbażi tat-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li li jwaqqaf il Kodiċi Doganali tal Komunità (2), tinvoka l-prinċipju ta’ protezzjoni taċ-ċertezza legali billi ssostni li ċ-ċertifikati ta’ oriġini preferenzjali li ġew ippreżentati fil-każ tagħha setgħu kienu korretti u li għalhekk kienu bbażati fuq preżentazzjoni korretta tal-fatti mill-esportatur?
(1) Ftehim ta’ sħubija bejn il-membri tal-gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 35, p. 3).
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.
Full & Egal Universal Law Academy