23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/23
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-410/10)
2010/C 288/39
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanasou-Apostopoulou u G. Braun)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, billi ma adottatx jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/36/KE fis-sistema legali nazzjonali skada fit-3 ta’ Awwissu 2009.
Full & Egal Universal Law Academy