6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) (Ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Awwissu 2010 — Deo Antoine Homawoo vs GMF Assurances SA
(Kawża C-412/10)
2010/C 301/12
Lingwa tal-kawża: l-ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Queen’s Bench Division).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deo Antoine Homawoo
Konvenuti: GMF Assurances SA
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”), moqrija flimkien mal-Artikolu 297 tat-Trattat dwar il-Funżjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirrikjedu lil qorti nazzjonali li tapplika Ruma II, u b’mod partikolari, l-Artikolu 15 tiegħu, f’każ fejn l-avveniment li wassal għad-dannu seħħ fid-29 ta’ Awwissu 2007?
(2)
Ir-risposta għad-domanda 1 hija affettwata minn wieħed mill-fatti li ġejjin:
(i)
li l-proċeduri għal kumpens tad-dannu nbdew fit-8 ta’ Jannar 2009;
(ii)
li l-qorti nazzjonali ma kinitx tat deċiżjoni dwar il-liġi applikabbli qabel il-11 ta’ Jannar 2009?
(1) ĠU L 199, p. 40
Full & Egal Universal Law Academy