6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Awwissu 2010 — Galina Meister vs Speech Design Carrrier Systems GmbH
(Kawża C-415/10)
2010/C 301/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Galina Meister
Konvenuta: Speech Design Carrrier Systems GmbH
Domanda preliminari
(1)
L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (1) u l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplementa l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità (2), kif ukoll l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ħaddiem li jallega b’mod plawżibbli li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ avviż ta’ pożizzjoni vakanti maħruġ minn min iħaddem, jekk ma jintgħażilx, ikun jista’ jitlob lil min iħaddem li jinformah dwar jekk għażilx kandidat ieħor u, f’każ ta’ risposta fl-affermativ, fuq il-bażi ta’ liema kriterji?
(2)
F’każ ta’ risposta fl-affermativ għall-ewwel domanda:
Iċ-ċirkustanza li min iħaddem ma jikkomunikax l-informazzjoni mitluba tikkostitwixxi fatt li jippermetti li tiġi preżunta l-eżistenza tad-diskriminazzjoni allegata mill-ħaddiem?
(1) ĠU L 204, p. 23.
(2) ĠU L 180, p. 22.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
Full & Egal Universal Law Academy