6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischen Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Awwissu 2010 — Wolfgang Hofmann vs Freistaat Bayern
(Kawża C-419/10)
2010/C 301/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischen Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Wolfgang Hofmann
Konvenut: Freistaat Bayern
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru għandu jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ sospensjoni applikabbli għaliha meta l-liċenzja ta’ din il-persuna kienet ġiet irtirata fit-territorju tal-ewwel Stat Membru u meta din il-persuna, fiż-żmien tal-ħruġ tal-liċenzja, kellha r-residenza normali tagħha fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja?
(1) ĠU L 403, p. 18.
Full & Egal Universal Law Academy