23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Awwissu 2010 — Söll GmbH vs Tetra GmbH
(Kawża C-420/10)
2010/C 288/43
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Söll GmbH.
Konvenuta: Tetra GmbH.
Domandi preliminari
(1)
Għall-kwalifika ta’ prodott bħala “prodott bijoċidal” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8/KE (1) huwa neċessarju li jkun hemm effett bijoloġiku jew kimiku dirett tal-prodott fuq l-istess organiżmu noċiv, li jeqirdu, igerrxu, jirrendih innokwu, li jipprevjeni l-azzjoni minnu jew li jeżerċita xorta oħra kontroll effettiv, jew f’dan ir-rigward huwa biżżejjed li l-prodott ikollu effett indirett fuq l-organiżmu noċiv?
(2)
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja, għall-kwalifika ta’ prodott bħala “prodott bijoċidal” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8/KE tqis li huwa biżżejjed li jkun hemm effett bijoloġiku jew kimiku indirett fuq l-organiżmu noċiv: liema rekwiżiti għandhom ikunu imposti fuq l-effett indirett ta’ prodott fuq l-organiżmu noċiv, sabiex dan il-prodott jiġi kklassifikat bħala prodott bijoċidal kif definit fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8/KE, jew huwa biżżejjed kwalunkwe effett indirett b’mod jew ieħor differenti, sabiex tiġi ġġustifikata l-kwalità ta’ bijoċidal?
(1) Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy