6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) fis-27 ta’ Awwissu 2010 — Georgetown University, University of Rochester, Loyola University of Chicago vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
(Kawża C-422/10)
2010/C 301/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Georgetown University, University of Rochester, Loyola University of Chicago
Konvenuta: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
Domanda preliminari
(1)
Ir-Regolament ĊPS u, b’mod partikolari l-Artikolu 3(b) tiegħu, jippermetti l-għoti ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal ingredjent wieħed attiv jew għal kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi meta:
(a)
privattiva bażika fis-seħħ tipproteġi ingredjent wieħed attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament ĊPS; u
(b)
prodott mediċinali li jinkludi l-ingredjent wieħed attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi flimkien ma’ ingredjent attiv ieħor jew iktar ikun is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni valida mogħtija skont id-Direttiva 2001/83/KE (1) jew id-Direttiva 2001/82/KE (2) li tkun l-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li ppermettiet it-tqiegħed fis-suq tal-ingredjent wieħed attiv jew tal-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi?
(1) Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69)
(2) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 27, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy