20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Awwissu 2010 — Delphi Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf
(Kawża C-423/10)
2010/C 317/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Delphi Deutschland GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Düsseldorf
Domanda preliminari
Il-konnekters tal-elettriku deskritti b’mod iktar preċiż f’din id-deċiżjoni jaqgħu taħt is-subintestatura 8536 69 tan-Nomenklatura Magħquda fil-verżjoni tagħha skont ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004 (1), Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005 (2), u Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 (3), li lkoll jemendaw l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana?
(1) ĠU L 327, p. 1.
(2) ĠU L 286, p. 1.
(3) ĠU L 301, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy