4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/12
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-428/10)
2010/C 328/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u L. de Schietere de Lophem, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (1) u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset li twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/36/KE skada fit-3 ta’ Awwissu 2009. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tittrasponi d-Direttiva jew, fi kwalunkwe każ, hija ma kinitx informat lill-Kummissjoni bihom.
(1) ĠU L 184, p. 17.
Full & Egal Universal Law Academy