6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/15
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-431/10)
2010/C 301/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande, A.-A. Gilly, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet
—
tiddikjara li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE (1), tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, jew fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinnofitika l-miżuri meħuda għat-traspożizzjoni kompleta ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-direttiva;
—
tikkundanna l-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu previst għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta’ Diċembru 2007. It-terminu previst għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva skada fl-1 ta’ Diċembru 2008.
(1) ĠU L 175M p. 168.
Full & Egal Universal Law Academy