20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raas van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Settembru 2010 — J.C. van Ardennen vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
(Kawża C-435/10)
2010/C 317/32
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raas van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: J.C. van Ardennen
Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (UWV)
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva dwar l-insolvenza (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4, 5 u 10 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li bħala regola ġenerali hija inkompatibbli magħhom sistema nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiema, f’każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom, għall-eżerċizzju (totali) tad-dritt tagħhom għall-ħlas ta’ krediti ta’ paga mhux imħallsa, jirreġistraw bħala persuni li qegħdin ifittxu impjieg mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-ġurnata li fiha tkun intemmet ir-relazzjoni tax-xogħol, jew kellha b’mod raġjonevoli tintemm. F’każ ta’ risposta negattiva:
(2)
Id-Direttiva dwar l-insolvenza, u b’mod partikolari l-Artikoli 4, 5 u 10 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija inkompatibbli magħhom sistema nazzjonali li timponi l-imsemmi obbligu ta’ reġistrazzjoni anki fuq il-ħaddiema li matul it-terminu ta’ notifika jkunu svolġew attività f’impriża jew fi professjoni indipendenti.
(3)
Id-Direttiva dwar l-insolvenza, u b’mod partikolari l-Artikoli 4, 5 u 10 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija inkompatibbli magħhom sistema nazzjonali li permezz tagħha, in-nuqqas jew id-dewmien fit-twettiq tal-imsemmi obbligu ta’ reġistrazzjoni jista’ jiddetermina n-nuqqas ta’ ħlas ta’ parti mill-benefiċċju tal-insolvenza, fejn fir-rigward tal-livell u tat-tul tal-imsemmija dispożizzjoni huwa deċiżiv anki l-mument li fih jiġi sodisfatt dan l-obbligu.
(1) Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1 p. 217)
Full & Egal Universal Law Academy