20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Vieira do Minho (il-Portugall) tat-13 ta’ Settembru 2010 — Manuel Afonso Esteves vs Axa — Seguros de Portugal SA
(Kawża C-437/10)
2010/C 317/33
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial de Vieira do Minho
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Manuel Afonso Esteves
Konvenuta: Axa — Seguros de Portugal SA
Domanda preliminari
Fil-każ ta’ ħabta bejn vetturi awtomobilistiċi, fejn it-tort mhuwiex attribwibbli lil wieħed mis-sewwieqa, u li minnha tirriżulta ħsara fiżika u materjali lil wieħed mis-sewwieqa (il-parti leża li teżiġi kumpens), il-possibbiltà li jiġi stabbilit qsim tar-responsabbiltà għar-riskju (Artikolu 506(1) u (2) tal-Código Civil), b’konsegwenza diretta fl-ammont ta’ kumpens li għandu jingħata lill-parti leża għad-danni patrimonjali u mhux patrimonjali li jirriżultaw mid-danni fiżiċi sofferti (billi dan il-qsim ta’ responsabbiltà għar-riskju kien jimplika tnaqqis tal-ammont ta’ kumpens fi proporzjoni indaqs), tmur kontra d-dritt Komunitarju, b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva (72/166/KEE) (1), l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva (84/5/KEE) (2), u l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva (90/232/KEE) (3), fid-dawl tal-interpretazzjoni mogħtija lil dawn id-dispożizzjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej?
(1) Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10)
(2) It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3)
(3) It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249)
Full & Egal Universal Law Academy