4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — S.C. SEMTEX S.R.L. vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău
(Kawża C-440/10)
2010/C 328/25
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bacău
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: S.C. SEMTEX S.R.L.
Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău
Domandi preliminari
(1)
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika direttament jew indirettament, fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni, ta’ kull deskrizzjoni, ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali, jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur, imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, li għandha l-karatteristiċi stabbiliti mill-OUG Nru 50/2008, taxxa li tista’ tikkostitwixxi taxxa interna li taffettwa l-beni li joriġinaw minn Stati Membri oħra, sa fejn l-imsemmija taxxa ma hijiex miġbura waqt reġistrazzjoni mill-ġdid fir-Rumanija ta’ vettura bil-mutur li għandha l-istess karatteristiċi ta’ vettura użata importata?
(2)
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni ta’ tali natura li jagħtu protezzjoni indiretta lill-produzzjoni ta’ merkanzija oħra, jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa fuq it-tniġġis għal vetturi bil-mutur, imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, li għandha l-karatteristiċi stabbiliti permezz tad-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 50/2008, sa fejn d-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 218/2008 jeżonera mill-ħlas tat-taxxa fuq l-inkwinament il-kategorija ta’ vettura li għandha l-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi prodotti fir-Rumanija?
Full & Egal Universal Law Academy