20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Settembru 2010 — Finanzamt Lüdenscheid vs Christel Schriever
(Kawża C-444/10)
2010/C 317/35
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Lüdenscheid
Konvenuta: Christel Schriever
Domandi preliminari
(1)
Meta imprenditur jittrasferixxi l-proprjetà tal-istokk tal-merkanzija u tat-tagħmir kummerċjali tal-ħanut tiegħu ta’ bejgħ bl-imnut lil akkwirent u sempliċement jikri lil dan tal-aħħar il-bini tal-ħanut, proprjetà tiegħu, dan ikun qiegħed jagħmel “trasferiment” tal-assi kollha fis-sens tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ?
(2)
Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward, jekk l-użu tal-bini tal-ħanut ngħatax skont ftehim ta’ kiri għal żmien twil jew kiri għal żmien indeterminat li jista’ jitwaqqaf miż-żewġ partijiet b’avviż ta’ żmien qasir?
Full & Egal Universal Law Academy