6.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/17
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-445/10)
2010/C 301/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Egerer u A. Alcover San Pedro, rappreżentanti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (1), jew billi ma nnotifikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-14 ta’ Mejju 2009.
(1) ĠU L 108, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy