4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov fis-16 ta’ Settembru 2010 — Jana Pereničová, Vladislav Perenič vs S.O.S. financ, spol sro
(Kawża C-453/10)
2010/C 328/28
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Prešov
Partijiet
Rikorrenti: Jana Pereničová, Vladislav Perenič.
Konvenuta: S.O.S. financ, spol s r.o..
Domandi preliminari
(1)
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, huwa tali li jippermetti, jekk ikunu identifikati klawżoli kuntrattwali inġusti, li jiġi kkunsidrat li l-kuntratt kollu kemm hu ma jorbotx lill-konsumatur, jekk dan ikun iktar favorevoli lill-konsumatur?
(2)
Il-kriterji li jikkostitwixxu prattika kummerċjali żleali skont id-Direttiva 2005/29/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma tali li jista’ jiġi kkunsidrat li, għalkemm l-operatur isemmi fil-kuntratt rata perċentwali annwali (RPA) anqas minn dak reali, jista’ jiġi kkunsidrat li tali aġir tal-fornitur fil-konfront tal-konsumatur jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali? Id-Direttiva 2005/29/KE tippermetti, jekk ikun stabbilit li hemm prattika kummerċjali żleali, li dan ikollu effett fuq il-validità tal-kuntratt ta’ kreditu u fuq il-kisba tal-għanijiet tal-Artikoli 4(1) u 6(1) tal-imsemmija direttiva, meta n-nullità tal-kuntratt hija aktar favorevoli għall-konsumatur?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
(2) ĠU L 149, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy