20.11.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 317/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Settembru 2010 — Oliver Jestel vs Hauptzollamt Aachen
(Kawża C-454/10)
2010/C 317/40
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Oliver Jestel
Konvenut: Hauptzollamt Aachen
Domandi preliminari
(1)
Dejn doganali li jirriżulta mill-“parteċipazzjoni” għall-introduzzjoni kontra l-liġi fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea ta’ merkanzija, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 202(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), jiġi inkors minn persuna li, mingħajr ma tipprovdi direttament l-għajnuna tagħha għall-introduzzjoni, isservi bħala intermedjarju għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ bejgħ li jirrigwardaw il-merkanzija inkwistjoni u tipprevedi, f’dan il-kuntest, li l-bejjiegħ jista’ jikkunsinna l-merkanzija jew parti minnha mingħajr ma jħallas id-dazji fuq l-importazzjoni?
(2)
Huwa biżżejjed skont il-każ jekk din il-persuna tqis dan il-fatt possibbli, jew hija ssir debitur biss jekk tistenna li dan ser iseħħ?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.
Full & Egal Universal Law Academy