4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiż l-Baxxi) fis-17 ta’ Settembru 2010 — G.A.P. Peeters-van Maasdijk vs Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
(Kawża C-455/10)
2010/C 328/29
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: G.A.P. Peeters-van Maasdijk
Konvenut: Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan l-artikolu japplika wkoll għal ħaddiema li, wara l-aħħar impjieg tagħha, iżda waqt li hija tirċievi benefiċċju marbut ma’ inkapaċità għax-xogħol tittrasferixxi r-residenza tagħha fir-reġjun transkonfinali fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru kompetenti?
(2)
L-Artikoli 45 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija kompatibbli ma’ dawn l-artikoli dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 19(1)(f) tal-Liġi dwar il-qgħad, li tissuġġetta l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċju tal-qgħad għall-kundizzjoni tar-residenza tal-persuna kkonċernata fit-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi, anki meta dik il-persuna kkonċernata tirrisjedi qrib il-fruntiera Olandiża u hija ffokata dejjem fuq is-suq tax-xogħol Olandiż?
(1) Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy