4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg (l-Awstrija) fl-1 ta’ Ottubru 2010 — projektart Errichtungsgesellschaft mbH, Eva Maria Pepic u Herbert Hilbe vs Grundverkehrs-Landeskommission Vorarlberg
(Kawża C-476/10)
2010/C 328/38
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: projektart Errichtungsgesellschaft mbH, Eva Maria Pepic und Herbert Hilbe.
Konvenuta: Grundverkehrs-Landeskommission Vorarlberg.
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat (1), u li tipprovdi li leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti li tirregola xiri ta’ residenzi sekondarji tista’ titħalla fis-seħħ, għandha tibqa’ tapplika għax-xiri ta’ residenzi sekondarji li jinsabu fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea minn ċittadin tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, li jagħmel parti miż-Żona Ekonomika Ewropea?
(2)
Leġiżlazzjoni nazzjonali li, fid-dawl tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, tipprojbixxi lil ċittadin tal-Prinċipat tal-Liechtenstein milli jixtri residenza sekondarja li tinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE dwar il-moviment liberu tal-kapital, b’tali mod li awtorità nazzjonali għandha tinjora tali leġiżlazzjoni nazzjonali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10.
Full & Egal Universal Law Academy