4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/24
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isveżja
(Kawża C-479/10)
2010/C 328/40
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Simonsson u A. Alcover San Pedro, bħala aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Isveżja
Talbiet tal-partijiet rikorrenti
—
tiddikjara li billi eċċeda l-valuri tal-limitu ta’ PMlO fl-arja ambjentali fl-2005, 2006 u 2007 fiż-żoni SW 2 u SW 4 u fl-2005 u 2006 fiż-żoni SW 5, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE (1), tat-22 ta’ April 1999 dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Isveżja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 1999/30 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ambjentali ma teċċedix il-valuri tal-limitu stabbiliti f’Sezzjoni I tal-Anness III mid-dati speċifikati hemmhekk. Id-data rilevanti f’dan il-każ hija l-1 ta’ Jannar 2005.
Mir-rapporti mibgħuta mill-Isvezja lill-Kummissjoni dwar l-2005 sa 2007 jirriżulta li l-valuri tal-limitu għall-PMlO inqabeż fiż-żoni SW 2 u SW 4 matul dak il-perijodu kollu u fiż-żona SW 5 fl-2005 u 2006.
Konsegwentement, l-Isvezja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 1999/30 fir-rigward ta’ dawk iż-żoni u ta’ dawn is-snin.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164.
Full & Egal Universal Law Academy