4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana (l-Italja) fis-6 ta’ Ottubru 2010 — Teresa Cicala vs Regione Siciliana
(Kawża C-482/10)
2010/C 328/42
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Teresa Cicala
Konvenuta: Regione Siciliana
Domandi preliminari
(1)
Fir-rigward tal-Artikolu 3 tal-Liġi 241/1990 u l-Artikolu 3 tal-Liġi Reġjonali ta’ Sqallija 10/1991, relatati mal-Artikolu 1 tal-Liġi 241/90, li jobbliga l-amministrazzjoni Taljana li tapplika l-prinċipji tas-sistema legali tal-Unjoni Ewropea, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti tal-amministrazzjoni pubblika previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-imsemmija normi nazzjonali, li jipprovdu li l-atti paritetiċi, jiġifieri drittijiet suġġettivi inerenti, li huma fi kwalunkwe każ vinkolanti, fil-qasam tal-pensjonijiet, jistgħu jaħarbu mill-obbligu ta’ motivazzjoni, u dan huwa każ ta’ ksur ta’ forma sostanzjali tal-att amministrattiv?.
(2)
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21g(2) tal-Liġi 241/1990, hekk kif interpretat fil-ġurisprudenza amministrattiva, relatat mal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-att amministrattiv stabbilit fl-Artikolu 3 tal-istess Liġi 241/1990 u tal-Liġi Reġjonali ta’ Sqallija 10/1991, skont l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-atti tal-amministrazzjoni pubblika previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41(2)(ċ), tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa kompatibbli mal-Artikolu 1 tal-Liġi 241/1990, fejn huwa previst l-obbligu tal-amministrazzjoni li tapplika l-prinċipji tas-sistema legali tal-Unjoni Ewropea, u, konsegwentement, huma kompatibbli u ammissibbli l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-possibbiltà għall-amministrazzjoni li tissupplimenta l-motivazzjoni tal-att amministrattiv waqt il-proċeduri?
Full & Egal Universal Law Academy