18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Rennes (Franza) fil-11 ta’ Ottubru 2010 — L’Océane Immobilière SAS vs Direction de contrôle fiscal Ouest
(Kawża C-487/10)
2010/C 346/55
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Rennes
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: L’Océane Immobilière SAS.
Konvenut: Direction de contrôle fiscal Ouest.
Domanda preliminari
L-Artikolu 5 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), jippermetti lil Stat Membru jżomm fis-seħħ jew jistabbilixxi dispożizzjoni li tissuġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud il-provvista ta’ beni immobbli minn persuna taxxabbli, lilha stess, għall-ħtiġijiet tal-impriża tagħha, meta din il-provvista tagħti lok għat-tnaqqis immedjat u totali tat-taxxa fuq il-valur miżjud miġbura f’dan is-sens?
(1) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)
Full & Egal Universal Law Academy