18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil de Alicante (Spanja) fil-11 ta’ Ottubru 2010 — Celaya Emparanza y Galdos Internacional S.A. vs Proyectos Integrales de Balizamientos S.L.
(Kawża C-488/10)
2010/C 346/56
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil de Alicante (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Celaya Emparanza y Galdos Internacional S.A.
Konvenuta: Proyectos Integrales de Balizamientos S.L.
Domandi preliminari
(1)
F’kawża li tirrigwarda l-ksur tad-dritt esklużiv mogħti minn disinn Komunitarju rreġistrat, id-dritt għal projbizzjoni ta’ użu ta’ dan id-disinn minn terzi, li huwa stabbilit fl-Artkolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142), jestendi għal kull terz li juża disinn ieħor li ma jipproduċix fuq l-utent informat impressjoni globali differenti, jew għall-kuntrarju huwa intiż li jeskludi lil terz li juża disinn Komunitarju posterjuri rreġistrat favur tiegħu sakemm ma jkunx annullat?
(2)
Ir-risposta għad-domanda preċedenti hija estranja għall-intenzjoni tat-terz jew tvarja skont l-aġir tiegħu, peress li l-kriterju determinanati huwa li li dan it-terz ikun applika għal u rreġistra disinn Komunitarju wara li jkun irċieva l-ittra ta’ intimazzjoni mibgħuta mill-proprjetarju tad-disinn Komunitarju preċedenti sabiex iwaqqaf il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott minħabba ksur tad-drittijiet li ġejjin minn dan id-disinn preċedenti?
Full & Egal Universal Law Academy