29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-15 ta’ Ottubru 2010 — Centre hospitalier universitaire de Besançon vs Thomas Dutrueux, Caisse primaire d'assurance maladie du Jura
(Kawża C-495/10)
2011/C 30/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Centre hospitalier universitaire de Besançon
Konvenuti: Thomas Dutrueux, Caisse primaire d'assurance maladie du Jura
Domandi preliminari
(1)
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tagħha, id-Direttiva 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985 (1), tippermetti l-implementazzjoni ta’ sistema ta’ responsabbiltà bbażata fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-pazjenti ta’ stabbilimenti pubbliċi tas-saħħa, sa fejn tirrikonoxxilhom b’mod partikolari d-dritt li jiksbu mingħand dawn l-istabbilimenti, saħansitra fl-assenza ta’ nuqqas min-naħa ta’ dawn l-istabbilimenti, kumpens għad-danni kkawżati minn ħsara fil-prodotti u fl-apparat użati minn dawn l-istabbilimenti, bla ħsara għall-possibbiltà tal-istabbiliment li jippreżenta rikors kontra l-produttur fuq il-bażi tal-garanzija?
(2)
Id-Direttiva tillimita l-possibbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu r-responsabbiltà tal-persuni li jużaw apparat u prodotti difettużi fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi u jikkawżaw, b’dan il-mod, danni lill-benefiċjarju tal-provvista?
(1) Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257)
Full & Egal Universal Law Academy