18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ufficio del Giudice di Pace di Venafro (l-Italja) fil-15 ta’ Ottobru 2010 — Proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello
(Kawża C-496/10)
2010/C 346/58
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Ufficio del Giudice di Pace di Venafro
Parti fil-kawża prinċipali
Aldo Patriciello
Domanda preliminari
Il-fatti li jikkostiwixxu reat allegatament attribwit lill-Membru Parlamentari Ewropew Aldo Patriciello (deskritt fl-att ta’ akkuża u diġà suġġett għal deċiżjoni ta’ difiża tal-immunità adottata mill-Parlament Ewropew fil-5 ta’ Mejju 2009), li jikkwalifikaw bħala inġurja skont l-Artikolu 594 tal-Codice Penale, jikkostitwixxu opinjoni espressa fil-qadi ta’ dmirijiet parlamentari skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll?
Full & Egal Universal Law Academy