4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Ottubru 2010 — Barbara Mercredi vs Richard Chaffe
(Kawża C-497/10)
2010/C 328/45
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Barbara Mercredi
Konvenut: Richard Chaffe
Domandi preliminari
(1)
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tikkjarifika liema huwa t-test adegwat sabiex tiġi ddeterminata r-residenza abitwali ta’ minuri għall-finijiet tal-:
(a)
Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (1),
(b)
Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003.
(2)
Qorti hija “istituzzjoni jew xi korp ieħor” li tista’ tingħata drittijiet ta’ kustodja għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003?
(3)
L-Artikolu 10 jibqa’ applikabbli wara li l-qrati tal-Istat Membru mitlub ikunu ċaħdu talba għar-ritorn tal-minuri taħt il-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ħtif ta’ Minuri tal-1980 għar-raġuni li l-Artikoli 3 u 5 ma jkunux sodisfatti?
B’mod partikolari, kif għandu jiġi riżolt kunflitt bejn determinazzjoni magħmula mill-Istat mitlub li r-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 5 tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ħtif ta’ Minuri tal-1980 mhumiex sodisfatti u determinazzjoni mill-Istat li jagħmel it-talba li r-rekwiżiti tal-Artikoli 3 u 5 huma sodisfatti?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)
Full & Egal Universal Law Academy