18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fit-19 ta’ Ottubru 2010 — Proċeduri kriminali kontra Raffaele Russo
(Kawża C-501/10)
2010/C 346/60
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Santa Maria Capua Vetere
Parti fil-kawża prinċipali
Raffaele Russo
Domanda preliminari
“Il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi huma s-suġġett ta’ restrizzjonijiet f’sistema nazzjonali bbażata fuq l-għoti ta’ numru limitat ta’ konċessjonijiet u ta’ liċenzji ta’ sigurtà pubblika relatati magħhom illi jipprovdu, b’mod partikolari:
(a)
l-eżistenza ta’ qafas ġenerali ta’ protezzjoni tas-sidien li għandhom konċessjonijiet maħruġa qabel, abbażi ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti li eskludiet parti mill-operaturi b’mod illegali;
(b)
il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jiggarantixxu ż-żamma de facto tal-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba (projbizzjoni għal konċessjonarji ġodda milli jistabbilixxu l-fergħat tagħhom ħdejn dawk diġà stabbiliti, mingħajr ma tiġi osservata distanza minima speċifika inqas minn dik diġà eżistenti);
(c)
l-iffissar ta’ possibbiltà ta’ revoka tal-konċessjoni, inkluża l-possibbiltà li l-konċessjonarju jopera, anki indirettament, attivitajiet transkonfinali ta’ logħob li jkunu simili għal-logħob li għalih tingħata l-konċessjoni, bil-konsegwenza ta’ sekwestru ta’ garanziji għolja ħafna?”
Full & Egal Universal Law Academy