29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgerichts Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ottubru 2010 — Rico Graf u Rudolf Engel vs Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt
(Kawża C-506/10)
2011/C 30/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgerichts Waldshut-Tiengen — Landwirtschaftsgericht.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rico Graf u Rudolf Engel
Konvenut: Landratsamt Waldshut — Landwirtschaftsamt.
Domanda preliminari
L-Artikolu 6(1)(a) tal-liġi tal-Land ta’ Baden-Württemberg li timplementa l-liġi dwar it-tranżazzjonijiet fuq proprjetà immobbli u l-liġi dwar il-kirjiet agrikoli [Baden-Württembergisches Ausführungsgesetz zum Grundstücksverkehrsgesetz und zum Landpachtverkehrsgesetz (Gesetzblatt, p. 85)], fil-verżjoni tagħha tal-21 ta’ Frar 2006, huwa konformi mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) ?
(1) ĠU 2002, L 114, p. 6.
Full & Egal Universal Law Academy