15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Firenze (l-Italja) fil- 25 ta’ Ottubru 2010 — Denise Bernardi, irrappreżentata legalment minn Katia Mecacci vs Fabio Bernardi
(Kawża C-507/10)
2011/C 13/36
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Firenze
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Denise Bernardi, irrappreżentata legalment minn Katia Mecacci
Konvenut: Fabio Bernardi
Domanda preliminari
L-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas], tal-15 ta’ Marzu 2001, 2001/220/JHA, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 392(1a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali Taljan, sa fejn ma jimponix obbligu fuq il-Prosekutur Pubbliku li jitlob is-smigħ u l-eżami tal-vittma minuri permezz tal-forom proċedurali antiċipati ta’ ġbir tal-provi, qabel il-proċeduri prinċipali, kif ukoll bħall-Artikolu 394 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali li ma jipprovdix għall-possibbiltà għall-vittma minuri stess li tappella quddiem qorti mid-deċiżjoni negattiva tal-Prosekutur Pubbliku fir-rigward tat-talba tagħha li tinstema’ skont il-forom proċedurali adegwati ta’ ġbir tal-provi?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 72.
Full & Egal Universal Law Academy