18.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/36
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fil-25 ta’ Ottubru 2010 — DR u TV2 Danmark A/S vs NCB
(Kawża C-510/10)
2010/C 346/63
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti
:
1.
DR
2.
TV2 Danmark A/S
Konvenuta
:
NCB
Domandi preliminari
(1)
L-espressjonijiet “permezz tal-faċilitajiet tagħhom” fl-Artikolu 5(2)(d) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) u “f’isem jew bir-responsabbiltà ta’ l-organizzazzjoni tax-xandir” fil-premessa 41 ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati skont id-dritt nazzjonali jew skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea?
(2)
Din id-dispożizzjoni għandha tinqara fis-sens mogħti, pereżempju, mill-verżjoni Daniża, Ingliża u Franċiża tad-Direttiva 2001/29/KE bl-użu tal-kliem “f’isem u bir-responsabbiltà ta’ l-organizzazzjoni tax-xandir” jew fis-sens mogħti, pereżempju, mill-verżjoni Ġermaniża bl-użu tal-kliem “f’isem jew bir-responsabbiltà ta’ l-organizzazzjoni tax-xandir”?
(3)
Fil-każ li l-espressjonijiet iċċitati fl-ewwel domanda għandhom jiġu interpretati skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tirrispondi għad-domanda segwenti: liema kriterji għandhom jiġu applikati mill-qorti nazzjonali meta tevalwa speċifikament jekk recording li sar minn terz (iktar ’il quddiem il-“produttur”) għall-finijiet ta’ xandir mill-organizzazzjoni tax-xandir sarx “permezz tal-faċilitajiet [ta’ din l-organizzazzjoni]”, b’mod partikolari “f’isem [u/jew] bir-responsabbiltà ta’ l-organizzazzjoni tax-xandir”, b’tali mod li r-recording jaqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(2)(d) tad-Direttiva 2001/29/KE?
Fil-kuntest tar-risposta għal din it-tielet domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tirrispondi dwar il-punti li ġejjin:
(a)
Il-kunċett ta’ “permezz tal-faċilitajiet tagħhom” fl-Artikolu 5(2)(d) tad-Direttiva 2001/29/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li recording li sar mill-produttur sabiex jixxandar mill-organizzazzjoni tax-xandir jaqa’ taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(2)(d) tad-Direttiva 2001/29/KE biss jekk l-organizzazzjoni tax-xandir hija responsabbli fir-rigward ta’ terzi għall-azzjonijiet u n-nuqqasijiet tal-produttur marbuta ma’ dan ir-recording bħallikieku tali azzjonijiet jew nuqqasijiet twettqu mill-organizzazzjoni tax-xandir innifisha?
(b)
Il-kundizzjoni li r-recording isir “f’isem [u/jew] bir-responsabbiltà ta’ l-organizzazzjoni tax-xandir” hija sodisfatta jekk organizzazzjoni tax-xandir qabdet lill-produttur sabiex jagħmel ir-recording bl-għan li jxandru u bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni tax-xandir ikkonċernata għandha d-dritt li xxandar ir-recording?
Iċ-ċirkustanzi segwenti jistgħu jew għandhom jaffettwaw ir-risposta għad-domanda 3(b), u f’dak il-każ sa fejn:
(i)
jekk hijiex l-organizzazzjoni tax-xandir jew inkella l-produttur li skont il-ftehim milħuq bejniethom tieħu/jieħu d-deċiżjoni artistika/editorjali finali u konklużiva dwar il-programm ikkummissjonat.
(ii)
jekk l-organizzazzjoni tax-xandir hijiex responsabbli fir-rigward ta’ terzi għall-obbligi tal-produttur marbuta mar-recording bħallikieku tali azzjonijiet jew nuqqasijiet twettqu mill-organizzazzjoni tax-xandir innifisha.
(iii)
jekk il-produttur huwiex obbigat, skont il-ftehim li jorbtu mal-organizzazzjoni tax-xandir, jipprovdi l-programm ikkonċernat bi prezz determinat u jkopri, b’dan il-prezz, l-ispejjeż kollha assoċjati mar-recording.
(iv)
jekk hijiex l-organizzazzjoni tax-xandir jew il-produttur li hija/huwa responsabbli għar-recording fir-rigward ta’ terzi.
(c)
Il-kundizzjoni li r-recording sar “f’isem [u/jew] bir-responsabbiltà ta’ l-organizzazzjoni tax-xandir” hija sodisfatta jekk organizzazzjoni tax-xandir qabdet lill-produttur sabiex jagħmel ir-recording bl-għan li din l-organizzazzjoni tkun tista’ xxandru u bil-kundizzjoni li l-organizzazzjoni tax-xandir ikkonċernata għandha d-dritt li xxandar ir-recording, fil-każ fejn il-produttur obbliga ruħu, skont il-ftehim milħuq ma’ din l-organizzazzjoni, li jassumi r-responsabbiltà finanzjarja u legali għal dak li jirrigwarda i) il-ħlas tal-ispejjeż kollha assoċjati mar-recording inkambju għall-ħlas ta’ ammont iffissat minn qabel, ii) ir-responsabbiltà għall-akkwist ta’ drittijiet, kif ukoll iii) ir-responsabbiltà għaċ-ċirkustanzi imprevedibbli bħad-dewmien fl-ikkompletar tar-recording u r-responsabbiltà għal ksur ta’ kuntratt, iżda mingħajr l-organizzazzjoni tax-xandir ma tkunx responsabbli fir-rigward ta’ terzi għall-obbligi tal-produttur marbuta mar-recording bħallikieku tali azzjonijiet jew nuqqasijiet twettqu mill-organizzazzjoni tax-xandir innifisha?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230
Full & Egal Universal Law Academy