15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-2 ta’ Novembru 2010 — Wolf Naturprodukte GmbH vs SEWAR spol. s r. o
(Kawża C-514/10)
2011/C 13/37
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wolf Naturprodukte GmbH
Konvenuta: SEWAR spol. s r. o.
Domanda preliminari
L-Artikolu 66(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament Brussell I”) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex ir-Regolament ikun applikabbli, huwa neċessarju li, fil-mument li ngħatat id-deċiżjoni, dan ir-regolament kien fis-seħħ kemm fl-Istat li fih il-qorti tat id-deċiżjoni kif ukoll fl-Istat li fih parti titlob ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
Full & Egal Universal Law Academy