29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (Spanja) fit-2 ta’ Novembru 2010 — María Luisa Gómez Cueto vs Administración del Estado
(Kawża C-517/10)
2011/C 30/28
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Canarias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Luisa Gómez Cueto
Konvenuta: Administración del Estado
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1) tat-28 ta’ Ġunju tapplika għall-persunal tal-amministrazzjonijiet pubbliċi li huma marbuta magħhom b’relazzjoni ta’ pożizzjoni ta’ uffiċjali?
(2)
F’każ affermattiv, tmur kontra d-dritt Komunitarju liġi nazzjonali li ma testendix l-effetti retroattivi ta’ regola li titrasponi l-imsemmija direttiva mid-data li fiha kellha tiġi trasposta fid-dritt intern?
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3. p. 368)
Full & Egal Universal Law Academy