15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bari (l-Italja) fis-27 ta’ Ottubru 2010 — Giovanni Colapietro vs Ispettorato Centrale Repressioni Frodi
(Kawża C-519/10)
2011/C 13/40
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bari
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Giovanni Colapietro
Konvenut: Ispettorato Centrale Repressioni Frodi
Domandi preliminari
(1)
X’inhi l-portata tar-Regolament (KEE) Nru 822/87 (1), u b’mod partikolari, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali u temporali tiegħu, u liema huwa l-għan tiegħu mill-perspettiva tas-sanzjonijiet, fir-rigward tas-sena tal-inbid 1993/1994 li tikkostitwixxi l-perijodu tal-fatti inkwistjoni?
(2)
Huwa minnu li l-Artikolu 39 tal-imsemmi Regolament (KEE) Nru 822/87 ġie implementat, fir-rigward tas-sena tal-inbid iċċitata iktar ’il fuq, bir-Regolament (KEE) Nru 343/94 (2) tal-15 ta’ Frar 1994 u ssostitwit minnu stess?
(3)
Meta mqabbla mal-fatti, l-applikazzjoni tal-multa ta’ Liri Taljani 390 250 000, illum EUR 201 547,30 (mitejn elf u wieħed, ħames mija u sebgħa u erbgħin euro u 30 ċenteżmu) għan-nuqqas ta’ provvista għad-distillazzjoni obbligatorja — għas-sena tal-inbid 1993/1994 — ta’ 7 084,87 hl ta’ inbid tal-mejda, ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni għall-kwantità prodotta ta’ inbid li jkollu fih is-sediment, jiġifieri 15 155 hl (b’rendiment ta’ 126 hl/ha), tal-kwota tal-provvista għad-distillazzjoni obbligatorja ta’ inbid ta’ 51.5 % prevista mir-Regolament (KEE) Nru 610/94 (3), hija sproporzjonata, u tikser il-prinċipju ta’ piena ġusta, stipulat mill-Qorti tal-Ġustizzja f’diversi okkażjonijiet?
(1) ĠU 1987 L 84, p. 1.
(2) ĠU 1987 L 44, p. 9.
(3) ĠU 1994 L 77, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy