29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Novembru 2010 — Wintersteiger AG vs Products 4U Sondermaschinenbau GmbH
(Kawża C-523/10)
2011/C 30/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wintersteiger AG
Konvenuta: Products 4U Sondermaschinenbau GmbH
Domandi preliminari
(1)
Il-frażi “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq” fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 (1), meta jkun ikkonstatat preġudizzju, ikkawżat minn persuna stabbilita fi Stat Membru ieħor, għal trade mark tal-Istat tal-forum bl-użu ta’ keyword (AdWord) li hija identika għal dik it-trade mark f’mutur ta’ tfittxija tal-internet, li toffri s-servizzi tagħha f’diversi top-level domains nazzjonali, għandha tiġi interpretata fis-sens,
1.1.
li l-ġurisdizzjoni hija stabbilita biss fil-każ meta l-keyword tintuża fis-sit tal-mutur ta’ tfittxija li t-top-level domain tiegħu huwa dak tal-Istat tal-forum;
1.2.
li l-ġurisdizzjoni hija stabbilita biss mill-fatt li s-sit tal-internet tal-mutur ta’ tfittxija li fuqu tintuża l-keyword jista’ jiġi kkonsultat fl-Istat tal-forum;
1.3.
li l-ġurisdizzjoni tiddependi, minbarra l-possibbiltà li s-sit tal-internet jiġi kkonsultat, mir-realizzazzjoni ta’ kundizzjonijiet addizzjonali?
(2)
Fil-każ ta’ tweġiba pożittiva għad-domanda 1.3:
Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk, fil-każ tal-użu ta’ trade mark tal-Istat tal-forum bħala keyword (AdWord) fuq is-sit tal-internet ta’ mutur ta’ tfittxija b’top-level domain nazzjonali li ma jkunx dak tal-Istat tal-forum, il-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 5(3) hijiex stabbilita?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)
Full & Egal Universal Law Academy