29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága (Ir-Repubblika tal-Ungerija) fil-15 ta’ Novembru 2010 — ERSTE Bank Hungary Nyrt. vs Magyar Állam, B.C.L Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt.
(Kawża C-527/10)
2011/C 30/34
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ERSTE Bank Hungary Nyrt.
Konvenuti: L-Istat Ungeriż, B.C.L Trading GmbH, ERSTE Befektetési Zrt.
Intervenjenti: dr. Bárándy és Társai Ügyvédi Iroda, Komerční banka, a.s.
Domanda preliminari
(1)
L-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (1), għandu jiġi applikat fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja ta’ dritt ċivili li tikkonċerna l-eżistenza ta’ dritt in rem [f’dan il-każ, security deposits (óvadék)], fid-dawl tal-fatt li l-pajjiż fejn jinsabu l-beni li huma s-suġġett tal-bond, jiġifieri beni mobbli, u sussegwentement il-flus li ħadu posthom, kien għadu ma huwiex membru tal-Unjoni Ewropea meta bdiet, fi Stat Membru ieħor, il-proċedimenti ta’ falliment attwali, iżda li kien Membru meta seħħet il-preżentata tar-rikors?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191
Full & Egal Universal Law Academy