29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance de Roubaix (Franza) fis-17 ta’ Novembru 2010 — CIVAD SA vs Receveur des douanes de Roubaix, Directeur régional des douanes et droits indirects de Lille, Administration des douanes
(Kawża C-533/10)
2011/C 30/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance de Roubaix
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CIVAD SA
Konvenuti: Receveur des douanes de Roubaix, Directeur régional des douanes et droits indirects de Lille, Administration des douanes
Domandi preliminari
(1)
L-illegalità ta’ regolament Komunitarju li la abbażi tal-fatti u lanqas abbażi tal-liġi ma jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors individwali għal annullament ippreżentat minn operatur, tikkostitwixxi fil-konfront tiegħu każ ta’ forza maġġuri li jawtorizza li jinqabeż it-terminu previst [fit-tieni subparagrafu tal-] Artikolu 236[(2)] tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1)?
(2)
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet [tat-tielet subparagrafu] tal-Artikolu 236[(2)] tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, jimponu fuq l-awtoritajiet doganali l-obbligu li jagħtu rimbors ex officio tad-dażji antidumping meta l-illegalità tar-regolament tkun ġiet ikkonstatata wara li l-legalità tiegħu ġiet ikkontestata minn Stat Membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO):
(1)
mid-data tal-ewwel komunikazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat li tikkontesta l-legalità tar-regolament antidumping;
(2)
mid-data tar-rapport tal-grupp speċjali li jikkonstata l-illegalità tar-regolament antidumping;
(3)
mid-data tar-rapport tal-korp tal-appell tad-WTO li wassal lill-Komunità Ewropea sabiex tirrikonoxxi l-illegalità tar-regolament antidumping?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
Full & Egal Universal Law Academy