5.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fid-19 ta’ Novembru 2010 — Richard Lebrun, Marcelle Howet vs L-Istat Belġjan — SPF Finances
(Kawża C-538/10)
2011/C 38/04
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Richard Lebrun, Marcelle Howet
Konvenuti: L-Istat Belġjan — SPF Finances
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 tat-Titolu I “Dispożizzjonijiet Komuni” tat-Trattat ta’ Lisbona tat-13 ta’ Diċembru 2007 li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, u fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 2009 (li jirriproduċi [fil-parti l-kbira tiegħu] id-dispożizzjonijiet li jinsabu taħt l-Artikolu 6 tat-Titolu I tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ffirmat f’Maastricht fis-7 ta’ Frar 1992, li min-naħa tiegħu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1993) kif ukoll l-Artikolu 234 (ex 177) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat KE) tal-25 ta’ Marzu 1957, minn naħa, u/jew l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2000, min-naħa l-oħra, jipprekludu liġi nazzjonali, bħal dik tat-12 ta’ Lulju 2009 li temenda l-Artikolu 26 tal-liġi speċjali tas-6 ta’ Jannar 1989 dwar il-Qorti tal-Arbitraġġ (1), milli timponi rikors preliminari quddiem il-Cour constitutionnelle mill-qorti nazzjonali li tikkonstata li ċittadin li jħallas it-taxxa huwa mċaħħad mill-protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantita mill-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, integrata fid-dritt Komunitarju minn liġi nazzjonali oħra, jiġifieri l-Artikolu 2 tal-liġi qafas tal-24 ta’ Lulju 2008, mingħajr ma dik il-qorti ma tkun tista’ tiżgura immedjatament l-applikabbiltà diretta tad-dritt Komunitarju għall-kawża quddiema u mingħajr ma tkun f’pożizzjoni li tagħmel stħarriġ tal-konformità meta l-Cour constitutionnelle rrikonoxxiet il-kompatibbiltà tal-liġi nazzjonali mad-drittijiet fundamentali ggarantiti mit-Titolu II tal-Kostituzzjoni?
(1) Moniteur belge tal-31 ta’ Lulju 2009, p. 51617.
Full & Egal Universal Law Academy