29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/27
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-548/10)
2011/C 30/44
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u C. Egerer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet
Il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija kisret l-obbligi tagħha skont id Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2007, li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil Komunità Ewropea (Inspire) (1), peress li hija ma kkomunikatx kompletament il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva, jew li hija ma kkomunikathomx kompletament lill-Kummissjoni, u
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-15 ta’ Mejju 2009.
(1) ĠU L 108, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy