12.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/3
Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2010 mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-348/07 — Stichting Al-Aqsa vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-550/10 P)
2011/C 46/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Appellant: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels u M. Noort, aġenti)
Appellati: Stichting Al-Aqsa, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
—
tannulla s-sentenza appellata fil-Kawża T-348/07 u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; u
—
tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 1(4) u (6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 (1) meta ddeċidiet li d-digriet tal-qorti li kkunsidrat l-applikazzjoni għal miżuri provviżorji ma setax, wara t-tħassir tas-Sanctieregeling terrorisme 2003 (deċiżjoni ta’ sanzjonijiet fil-qasam tat-terroriżmu), jibqa’ jservi bħala bażi sabiex Al-Aqsa tiġi inkluża fil-lista tal-UE tal-iffriżar tal-assi.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas 27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207)
Full & Egal Universal Law Academy