5.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2010 — Kashayar Khavand vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-563/10)
2011/C 38/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Kashayar Khavand
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
(1)
L-omosesswalità għandha tiġi kkunsidrata bħala orjentament sesswali fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2004/83/KE (1) u tista’ tkun raġuni suffiċjenti għal persekuzzjoni?
(2)
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
(a)
Sa liema punt l-attività omosesswali hija protetta?
(b)
Tista’ persuna omosesswali tiġi mġiegħla tgħix l-orjentament sesswali tagħha fil-pajjiż tagħha b’mod sigriet u ma tħallix li dan isir magħruf minn oħrajn?
(c)
Projbizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tal-ordni pubbliku u tal-morali huma rilevanti fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2004/83/KE jew l-attività omosesswali għandha tiġi protetta bl-istess mod bħall-persuni eterosesswali?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).
Full & Egal Universal Law Academy