5.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Diċembru 2010 — Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung vs Pfeifer & Langen Kommanditgesellschaft
(Kawża C-564/10)
2011/C 72/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung
Konvenuta: Pfeifer & Langen Kommanditgesellschaft
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 3 tar-Regolament (1) japplika wkoll għat-terminu ta’ limitazzjoni ta’ krediti ta’ interessi dovuti skont id-dritt nazzjonali b’żieda mar-rimbors tal-vantaġġ miksub fuq il-bażi ta’ irregolarità?
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:
(2)
It-tqabbil tat-termini meħtieġ skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament jipprevedi biss it-tul tat-terminu jew għandu jinkludi wkoll dispożizzjonijet nazzjonali li jipposponu l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu, mingħajr il-ħtieġa ta’ ċirkustanzi oħra, għat-tmiem tas-sena kalendarja li matulha jinħoloq il-kreditu (tal-interessi)?
(3)
It-terminu ta’ limitazzjoni, inkluż dak għal krediti tal-interessi, jibda jiddekorri mill-mument li fih issir irregolarità jew, rispettivament, mill-waqfien tal-irregolarità kontinwa jew ripetuta, anki meta l-krediti tal-interessi jirrigwardaw biss perijodi sussegwenti u, għalhekk, jinħolqu biss iktar tard? Fil-każ ta’ irregolaritajiet kontinwi jew ripetuti, il-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ limitazzjoni huwa wkoll pospost taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament, fir-rigward ta’ krediti tal-interessi, sal-mument tat-tmiem tal-irregolarità?
(4)
F’liema mument jieqaf l-effett ta’ interruzzjoni ta’ att tal-awtorità kompetenti skont it-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament, li fuq il-bażi tiegħu ġie kkonstatat il-kreditu inkwistjoni (f’dan il-każ, il-kreditu tal-interessi)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
Full & Egal Universal Law Academy