26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/22
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-570/10)
2011/C 63/40
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell, aġent, M. Mac Aodha, aġent)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), jew, f’kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10 tad-direttiva;
—
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-30 ta’ Ġunju 2009.
(1) ĠU L 260, p. 13
Full & Egal Universal Law Academy