12.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano (l-Italja) fis-7 ta’ Diċembru 2010 — Kamberaj Servet vs Istituto per l’Edilizia Sociale della Provincia Autonoma di Bolzano (IPES), Giunta della Provincia Autonoma di Bolzano, Provincia Autonoma di Bolzano
(Kawża C-571/10)
2011/C 46/11
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bolzano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Kamberaj Servet
Konvenuti: Istituto per l’Edilizia Sociale della Provincia Autonoma di Bolzano (IPES), Giunta della Provincia Autonoma di Bolzano, Provincia Autonoma di Bolzano
Domandi preliminari
(1)
Il-prinċipju ta’ supremazija (principe de primauté) tad-dritt tal-Unjoni jimponi fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li tapplika b’mod sħiħ u immedjat ir-regoli tal-Unjoni li jkollhom effett dirett, u li ma tapplikax regoli interni li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni anki jekk dawn ikunu ġew adottati biex japplikaw prinċipji fundamentali tal-ordinament kostituzzjonali tal-Istat Membru?
(2)
F’każ ta’ kunflitt bejn regola interna u l-KEDB ir-riferiment tal-Artikolu 6 TUE għall-KEDB, jimponi fuq il-qorti nazzjonali l-obbligu li tagħti applikazzjoni diretta lill-Artikolu 14 u lill-Artikolu 1 tal-Protokoll addizzjonali Nru 12, u li ma tapplikax ir-regola interna inkompatibbli, mingħajr, qabel dan, ma jkollha tqajjem kwistjonijiet ta’ kostituzzjonalità quddiem il-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali?
(3)
Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 6 TUE, l-Artikoli 21 u 34 tal-Karta u d-Direttivi 2000/43/KE u 2003/109/KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (rectius: provinċjali) bħal dik li tinsab fid-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 15(3) tad-d.p.r. Nru 670/1972, tal-Artikoli 1 u 5 tal-1. p. Nru 13 tal-1998 kif ukoll fid-Deliberazione della Giunta provinciale (Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Provinċja) Nru 1865 tal-20.07.2009, fil-parti fejn għall-benefiċċji kkunsidrati u b’mod partikolari għall-hekk imsejjaħ “sussidio casa” (sussidju għad-dar) tagħti importanza liċ-ċittadinanza u tagħti lill-ħaddiema residenti li ilhom residenti għal żmien tmien u li ma jappartjenux għall-Unjoni jiġifieri lill-persuni mingħajr ċittadinanza trattament agħar miċ-ċittadini residenti Komunitarji (Taljani u mhux Taljani)?
F’każ li d-domandi preċedenti jingħataw risposta affermattiva:
(4)
F’każ ta’ ksur tal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni bħall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni u l-ħtieġa ta’ ċertezza legali, meta teżisti leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ implementazzjoni li tippermetti lill-qorti “tordna t-twaqqif tal-aġir li jikkawża preġudizzju u tadotta kull provvediment ieħor xieraq, skont iċ-ċirkustanzi u l-effetti tad-diskriminazzjoni” u li timponi li “jiġi ordnat it-twaqqif tal-aġir, tal-imġiba jew tal-att diskriminatorju, fejn ikunu għadhom jeżistu, kif ukoll it-tneħħija tal-effetti” u tawtorizza li jiġi ordnat “sabiex ma jiġux ripetuti, fiż-żmien stabbilit fil-provvediment, pjan ta’ tneħħija tad-diskriminazzjonijiet aċċertati”, l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/43/KE, fil-parti fejn jipprovdi li s-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi, fost id-diskriminazzjonijiet aċċertati u l-effetti li għandhom jitneħħew, anki sabiex jiġu evitati diskriminazzjonijiet mhux iġġustifikati bil-maqlub, il-vjolazzjonijiet kollha li jsiru fil-konfront tad-destinatarji tad-diskriminazzjonijiet, anki jekk ma humiex parti mill-kawża?
F’każ li d-domanda preċedenti tingħata risposta affermattiva:
(5)
Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 6 TUE, l-Artikoli 21 u 34 tal-Karta u d-Direttivi 2000/43/KE u 2003/109/KE, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (rectius: provinċjali) li teżiġi biss miċ-ċittadini mhux Komunitarji u mhux anki miċ-ċittadini Komunitarji (Taljani u mhux Taljani), li huma ttrattati bl-istess mod biss għal dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ residenza fit-territroju tal-provinċja ta’ iktar minn 5 snin, li jissodisfaw ir-rekwiżit addizzjonali ta’ tliet snin ta’ attività ta’ xogħol sabiex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju tas-sussidju għad-dar?
(6)
Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 6 TUE u l-Artikoli 18, 45, 49 TFUE flimkien mal-Artikoli 1, 21, 34 tal-Karta, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (rectius: provinċjali) li timponi fuq iċ-ċittadini Komunitarji (Taljani u mhux Taljani) l-obbligu li jiddikjaraw li jappartjenu għal jew jiddikjaraw li jaggregraw ruħhom ma’ wieħed mit-tliet gruppi lingwistici preżenti fl-Alto Adige/Südtirol sabiex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju tas-sussidju għad-dar?
(7)
Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2 u 6 TUE u l-Artikoli 18, 45, 49 TFUE flimkien mal-Artikoli 21 u 34 tal-Karta, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (rectius: provinċjali) li timponi fuq iċ-ċittadini Komunitarji (Taljani u mhux Taljani) l-obbligu li jkunu ilhom residenti jew jaħdmu fit-territorju tal-provinċja għal għall-inqas 5 snin sabiex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju tas-sussidju għad-dar?
Full & Egal Universal Law Academy