5.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financiën vs P. Mook
(Kawża C-579/10)
2011/C 72/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën.
Konvenut: P. Mook.
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-Artikolu 18 KE (li sar l-Artikolu 21 TFUE), id-dritt Komunitarju jirregola s-sitwazzjoni li fiha Stat Membru jissuġġetta għal taxxa l-ewwel użu ta’ vettura fit-toroq tat-territorju tiegħu, f’każ fejn din il-vettura hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor, din il-vettura ġiet mislufa lil resident ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor u resident tal-ewwel Stat membru jsuq il-vettura inkwistjoni għal skopijiet privati bejn dan l-ewwel Stat Membru u l-Istat Membru l-ieħor?
Full & Egal Universal Law Academy