5.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financïen vs G. Frank
(Kawża C-580/10)
2011/C 72/13
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financïen
Konvenut: G. Frank
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-Artikolu 18 KE (li sar l-Artikolu 21 TFUE), is-sitwazzjoni fejn Stat Membru jissuġġetta għal taxxa l-ewwel użu ta’ vettura fin-netwerk tat-toroq tat-territorju tiegħu, fil-każ fejn din il-vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor tkun ġiet mislufa mingħand resident ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor u resident tal-ewwel Stat Membru li għandu ċ-ċittadinanza tal-Istat Membru l-ieħor isuq il-vettura inkwistjoni għal finijiet privati fit-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru, hija sitwazzjoni rregolata mid-dritt Komunitarju?
Full & Egal Universal Law Academy