29.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 30/30
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-582/10)
2011/C 30/47
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell u B. Schöfer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi (1), sa fejn naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, jew, fi kwalunkwe każ, sa fejn naqset milli tinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawn id-dispożizzjonijiet.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/68/KE skada fit-30 ta’ Ġunju 2009.
(1) ĠU L 260, p. 13.
Full & Egal Universal Law Academy