19.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-13 ta’ Diċembru 2010 — L-Istati Uniti tal-Amerka vs Christine Nolan
(Kawża C-583/10)
2011/C 89/08
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: L-Istati Uniti tal-Amerka
Konvenuta: Christine Nolan
Domanda preliminari
L-obbligu ta’ konsultazzjoni fir-rigward ta’ redundancies kollettivi li għandu min iħaddem taħt id-Direttiva 98/59/KE (1) japplika (i) meta min iħaddem ikun qiegħed jipproponi, iżda jkun għadu ma ħax, deċiżjoni strateġika li tikkonċerna n-negozju jew l-operat u li probabbilment jew inevitabbilment twassal għal redundancies kollettivi; jew (ii) dan l-obbligu japplika biss meta din id-deċiżjoni tkun effettivament ittieħdet u min iħaddem ikun imbagħad qiegħed jipproponi redundancies b’konsegwenza ta’ din id-deċiżjoni?
(1) Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).
Full & Egal Universal Law Academy