5.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fit-13 ta’ Diċembru 2010 — Niels Møller vs Haderslev Kommune
(Kawża C-585/10)
2011/C 38/10
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret (id-Danimarka).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Niels Møller.
Konvenut: Haderslev Kommune.
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.6(c) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE, tal-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-postijiet għal ħnieżer nisa żgħar li għadhom ma welldux huma koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 80
Full & Egal Universal Law Academy