26.3.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 95/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2010 — Wolfgang Köppl vs Freistaat Bayern
(Kawża C-590/10)
2011/C 95/02
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischer Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Wolfgang Köppl
Konvenut: Freistaat Bayern
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva 91/439/KEE (1) għandhom jiġu interpetati, fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fis-sens li jawtorizzaw lil Stat Membru (“l-Istat Membru ospitanti”) jirrifjuta li jirrikonoxxi liċenzja tas-sewqan fil-Kategorija B maħruġa minn Stat Membru ieħor (“l-Istat Membru emittenti”) bi ksur, kif jirriżulta mil-liċenzja tas-sewqan stess, tar-rekwiżit ta’ residenza previst fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 91/439/KEE, lil persuna li fir-rigward tagħha ġew imposti miżuri mill-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/439/KEE, fil-każ li din il-persuna sussegwentement tikseb liċenzja tas-sewqan fil-Kategorija C fl-Istat Membru emittenti mingħajr ma jirriżulta ksur tar-rekwiżit tar-residenza minn tali liċenzja tas-sewqan stess?
(2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, l-Istat Membru ospitanti jista’ wkoll jirrifjuta li jirrikonoxxi liċenzja tas-sewqan fil-Kategorija C maħruġa lil din il-persuna?
(1) Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 317).
Full & Egal Universal Law Academy